Filmat: Il-Big Band għall-ewwel darba f’X Factor

Bħalissa fl-MFCC f’Ta’ Qali beda r-raba’ live show tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta fejn għall-ewwel darba l-parteċipanti se jkunu fuq il-palk akkumpanjati minn Big Band mmexxija mis-surmast Alex Bezzina. illejla se nkunu qed naraw sitt parteċipanti oħra li se jkunu qed jikkompetu biex iżommu posthom sal-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

It-telespettaturi se jkunu jistgħu jivvuttaw għall-parteċipant favoriti tagħhom billi jibgħat SMS vojt fuq in-numru abbinat magħhom. It-telespettaturi jistgħu jivvuttaw sa darba waħda biss fuq kull parteċipant.

Illejla jinqalgħu żewġ paretċipanti, wieħed waqt l-ewwel parti imbagħad parteċipant ieħor fit-tieni parti meta jkun fadal biss 5 parteċipanti u bej

In-numru tat-televoting abbinat mal-parteċipanti ta’ X Factor huma

50614401 Bloodline

50614402 Kyle

50614403 Destiny

50614404 Yazmin & James

50614405 F.A.I.T.H

50614406 Justine Shorfid

Dan hu dak li l-ġurija kellha xi tgħid dwar x’nistennew illejla waqt dan il-programm:

X Factor Malta | Live Show 4 | VOTE

We're few minutes away from the start of the Fourth Live Show and The Judges have ONE SIMPLE MESSAGE FOR YOU!VOTE VOTE VOTE!#XFactorMalta #EverybodyIsWatching

Posted by X Factor Malta on Sunday, February 2, 2020

Il-finali ta’ X Factor Malta se jsir nhar is-Sibt 8 ta’ Frar u għall-biljetti tistgħu tidħlu fis-sit showshappening.com