Filmat: Il-bidla mirakoluża tal-kelba li kienet se tmut

Angel hi kelba li bħal ħafna oħra spiċċat f’nofs ta’ triq mingħajr ikel, ilma u post fejn torqod. Meta għadd ta’ persuni salvaw lil Angel minn din il-ħajja, ħafna beżgħu li se tmut.
Peress li kienet ilha daqstant żmien bla ikel u xorb, l-organi tal-kelba bilmod ma baqgħux jiffunzjonaw  u fil-fatt kienet ftit biss ‘il bogħod mill-mewt.
Minkejja dan, kif juri l-filmat emozzjonanti, dawk li salvawha ma qatgħux qalbhom u għal 11-il xahar temgħuha u ħadu ħsiebha bl-aħjar mod possibbli.
F’dan il-perjodu biss, minn 4 kilogrammi bdiet tiżen 17-il kilogramma.
Issa, Angel mhux biss reġgħat b’saħħitha u mimlija enerġija, imma sabet ukoll dar li se tħobbha u tieħu ħsiebha!