Filmat: Il-barka tal-Papa tinbidel f’sorpriża

Read in English.

Il-Papa Franġisku assista għal sorpriża unika dalgħodu hekk kif raġel ippropona lit-tfajla tiegħu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Matul l-udjenza papali, il-pellegrini u l-fidili miġbura fil-Vatikan jittamaw li jiltaqgħu mal-Papa Franġisku u xi kultant anke jitolbuh biex ibierek xi oġġetti reliġjużi jew sentimentali.

Dalgħodu ma kinitx eċċezzjoni hekk kif il-Papa avviċina u sellem lil koppja. Wara li tkellem magħhom, huwa bierek kaxxa li ppreżentaw. Immedjatament wara l-barka, ir-raġel fetaħ il-kaxxa, li kien fiha ċurkett u ppropona lill-mara futura tiegħu quddiem mijiet ta’ pellegrini oħra.

Filmat: RomeReports