Filmat: Issa l-bankini għall-karozzi tal-linja?

Xufier tal-linja ma tantx ħabbel rasu hekk kif qabad u saq fuq bankina f'San Ġiljan.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri tal-linja rotta 120 li tmur minn  nieżla fi Triq Mikiel Anġ Borg direzzjoni lejn Spinola issuq fuq il-bankina.
Għalkemm l-ispazju f'din it-triq hu limitat biex jgħaddu żewġ vetturi, speċjalment meta tgħaddi tal-linja, qarrejja ta' Newsbook.com.mt ilmentaw li dan l-aġir tas-sewwieq seta' kien ta' periklu għal persuni li setgħu kienu għaddejjin minn fuq il-bankina.
Nies li kienu fuq il-post qalu li x-xufier kellu jitla' bilfors fuq il-bankina biex jgħaddi hekk kif karozza oħra rassitu mill-ġenb u ma setax jgħaddi.
Oħrajn sostnew li l-vetturi li qed jintużaw għat-trasport pubbliku huma kbar u wesgħin għat-toroq Maltin.
Inti x'taħseb – taħseb li sewqan ta' dan it-tip jista' jkun ġustifikat?
Filmat: Waqfet Tal-Linja – Welcome To Jungle Malta