Filmat: Il-bandiera Maltija fuq il-palk ta’ Tomorrowland

Il-bandiera Maltija spiċċat fuq il-palk ta’ wieħed mill-akbar festivals tal-mużika, Tomorrowland fil-Belġju.
Grupp ta’ żgħażagħ Maltin li attendew għal dan il-festival iddeċidew li jitfgħu l-bandiera Maltija fuq il-palk. Filfatt il-membri tal-band li kienu qed idoqqu dehru iduru fuq il-palk bil-bandiera f’idejhom.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Ian Vella li spjega l-emozzjoni li ħass meta ra li l-bandiera Maltija kienet tinsab f’idejn il-mużiċisti li daqqew f’dan il-festival. Huwa spjega kif għal minuta u nofs il-membri tal-band kantaw u żifnu bil-bandiera Maltija f’idejhom.
Ħafna bdew jistaqsu l-bandiera ta’ liema pajjiż kienet, bil-grupp Maltin mal-ewwel bdew bl-għajta ”Malta, Malta“.
Għal dan il-festival tal-mużika fil-Belġju jattendu aktar minn 200,000 persuna.

Filmat: Ian Vella