Filmat: Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa

B'dan ir-riħ li qed jagħmel bħalissa, ftit huma dawk li jazzardaw jagħmlu xi għawma, l-aktar fejn hemm ħafna blat max-xatt.

Minħabba t-temp, ftit għadek tara kampijiet armati mal-baħar u ħafna mis-sidien tad-dgħajjes qed ikollhom itellgħu l-opri tal-baħar.

Skont ir-rapport tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meteoroloġiku, jidher li r-riħ sa għada l-Erbgħa se jkun moderat għall-ftit qawwi mill-Grieg il-Lvant li jdur mil-Lvant.

 

Ritratt: Malta Diżastru Totali