Filmat: Ikomplu jitqaċċtu s-siġar fil-Qala

Read in English.

Fil-Qala dalgħodu tkomplew jitqaċċtu s-siġar fis-sit fejn għandha tittella’ blokka appartamenti ta’ seba’ sulari.

Is-siġar tal-ħarrub fi Triq il-Wardija u Triq 30 t’Ottubru diġà kienu bdew jitqaċċtu fil-31 ta’ Lulju. Apparti dawb is-sitt siġriet, għandhom jitqaċċtu wkoll sitt siġriet tal-lewż u żewġ siġriet tat-tin.

Dak li tella’ filmat u ritratti ta’ dan fuq Facebook qal illi ż-żewġ persuni li kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol donnhom kienu jafu li qed jagħmlu xi ħaġa ħażina, billi l-iben informa lill-missier li kien hemm xi ħadd joħdilhom ir-ritratti. Il-missier ipprova jwaqqaf lir-raġel milli jieħu r-ritratti.

Aqra: Ritratt: Jitqaċċtu siġar tal-ħarrub fil-Qala fejn għandhom jinbnew appartamenti

Kif kien is-sit qabel

F’dan l-iżvilupp (PA/08647/18) għandu jkun hemm 30 garaxx, uffiċċju, 53 binja residenzjali u dar b’pixxina b’kobor ta’ 1,600 metru kwadru fejn illum hemm l-għelieqi.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat it-tneħħija tas-siġar peress li qalet li dawn mhumiex protetti bir-regolamenti.

Filmat: Karl Vella Petroni / Facebook