Filmat: Ikomplu t-tħejjijiet għall-Għanja tal-Poplu 2019

Ritratt: Joseph Agis Attard

Għaddejjin il-preparamenti għall-edizzjoni li jmiss ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ fil-31 ta’ Awwissu 2019 fi Pjazza Teatru Rjal. L-edizzjoni li jmiss se tkun it-43 waħda.

Din is-sena se jintużaw siti ta’ Heritage Malta fil-kartolini tal-kantanti waqt il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu.

“Dan għax bħalma l-istorja ta’ pajjiżna evolviet sabiex tatna identitá, daqstant ieħor l-ilsien Malti evolva matul is-sekli u kien espress b’modi diversi fosthom għanjiet u kanzunetti bil-Malti biex illun huwa parti mill-wirt intanġibbli li jrid jiġi mħares u mitkellem’’. Dan esprimieh is-Sur Ryan Vella għan-nom ta’ Heritage Malta qabel ma sar it-tlugħ tal-poloz tal-ordni kif se jitkantaw il-kanzunetti.

Is-sittax-il kantanti waqt is-serata finali tal-31 t’Awwissu, se jkantaw f’din l-ordni:

Fil-Klassi – Ishmael Grech (Mark Cachia)

Jekk Tafx Min Jien – Nedved Galea (Dorian Psaila, Kaya Priscilla Giordano Psaila)

Bejn L-Erba’ Ħitan – Kayley Cuschieri (Alexander Ellul, Mark Spiteri Lucas)

Id-Ditta Tal-Ġlekk – Joseph Refalo (Pamela Bezzina, Alexander Debono)

Ħallini Nħobbok – Jade Vella (Fleur Balzan, Paul Giordimaina)

Għadu Mhux il-Waqt – Janice Mangion (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)

Din Għalik – Francesca Zammit (Francesca Zammit u Julie Pomorski, Francesca Zammit)

Misraħ Ġawhra – Dorcas (Joe Julian Farrugia, Dorcas Debono)

Fil-Ħoġor tat-Tieqa – Ruth Portelli (Ruth Portelli, Mark Spiteri Lucas)

Mhux Li Kien – Justine Bezzina (Joe Julian Farrugia, Glen Vella)

Dawl Għajnejja – Fabrizio Faniello (Emil Calleja Bayliss, Cyprian Cassar u Fabrizio Faniello)

Tfewwaħ – Cherylis (Cherylis Camilleri)

Minn Kajfas Għal Għand Pilatu – Rachel Lowell (Rachel Lowell)

Vuċijiet – Maria Spiteri (Maria Spiteri)

Il-Verità – Philip Vella  (Philip Vella)

Il-kanzunetti se jkunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown

Se jingħata wkoll rikonoxximent lil Hooligan u Mike Spiteri għall-ħidma w impenn kontinwu tagħhom favur il-kanzunetta bil-Malti.

Il-kanzunetta rebbieħa tas-sena li għaddiet Mhux Kull Ma Jleqq, se tiġi wkoll interpretata minn Michela Galea. Il-preżentatriċi tal-festival se tkun il-kantawtriċi Corazòn.

Ritratt: Joseph Agius Attard

B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għal din l-edizzjoni tal-festival, li minnhom intgħażlu il-finalisti f’żewġ eliminatorji b’ġurija differenti kull waħda.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www.kultura.mt

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u L-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra se tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

newsbook.com.mt se jkun qed jagħtikom bosta aġġornamenti fil-ġranet li ġejjin.

AQRA: Il-finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2019