Filmat: Ikompli l-ġbid fuq id-drama televiżiva Iż-Żagħka

Ritratt: Facebook

Hekk kif qed joqrob tmiem Ġunju, ħafna programmi u sensiliet ta’ drama televiżivi qed joqorbu wkoll fi tmiemhom. Bla dubju ħafna jibdew jistaqsu x’se jkunu jistgħu jsegwu wara li jgħaddi s-sajf.

Diġà nafu li is-sensiela L-Għarusa, li hija l-aktar drama segwita fil-gżejjer Maltin skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, se tkun qed tkompli bit-tieni staġun tagħha.

AQRA: L-Għarusa l-aktar drama segwita fil-gżejjer Maltin; liema huma l-aktar popolari warajha?

Hemm ukoll aktar puntati minn Division 7 u wkoll is-sensiela Elf Metodu, it-tnejn li huma fuq ONE. Fuq dan l-istess stazzjon, għat-tfal s ejkun hemm staġun ieħor tas-sensiela L-Għoġol tad-Deheb.

AQRA: Filmat: Jibda l-ġbid ta’ Elf Metodu; Serje televiżiva ġdida minn Ottubru

Iżda sensiela oħra li se tkunu tistgħu taraw hija Iż-Żagħka, li apparti t-tieni staġun ta’ Fattigi, se tkun qed titwassal fuq l-istazzjon Net.

It-titlu nnifsu ta’ Iż-Żagħka ħoloq interess mhux ħażin u fost l-atturi li se naraw insibu lil Theresa Gauci, Marica Mizzi, Dominic Said, Marvic Doughty, Jeanelle Spiteri, Joe Borg, Josette Ciappara, Michela Dalli, Daphne Said, Tania Bartolo, Pierre Agius, Doreen Cini, Renald Formosa, Jonathan Laferla, Tyler Lofreda u Jelena Attard.

L-iktar mistoqsija komuni fost ħafna bħalissa hija xi tfisser il-kelma “żagħka”?

Il-ġrajja ta’ din il-produzzjoni se teħodna lura fiż-żmien, eżattament fis-Snin 50. Filfatt il-kelma “żagħka” hija kelma antika li tirreferi għal persuna li ma tkunx aċċettata, jew inkella titqies bħala ġerrejja jew inkella prostituta.

Il-produzzjoni hija ta’ DM Midja u għandha kitba ta’ Desier Debono, li fost oħrajn diġà wasslilna il-produzzjonijiet Libra u Pupazz.

Segwu hawn taħt aktar filmati minn din il-produzzjoni.