Filmat: “Ikollna ħafna homework; aħjar jonqos!”

X’jaħsbu l-istudenti dwar l-eżamijiet? X’inhuma s-suġġetti favoriti tagħhom? Ix-xogħol tad-dar huwa ħaġa tajba jew ħażina? Liema karriera jixtiequ jagħżlu la jispiċċaw mill-iskola?

Wasal iż-żmien magħruf bħala ‘Back to School’. Newsbook.com.mt tkellem ma’ żewġ studenti – Jake Armeni minn Skola San Andrea u Keilen Xuereb mill-Kulleġġ Maria Regina, il-Primarja tal-Mosta biex niskopru għalfejn huma ħerqana biex jerġgħu lura l-iskola.