Filmat: Ikkuntattja l-Pulizija jekk tara lil dan ir-raġel

Posted by Keith Borg on Thursday, August 22, 2019

Il-Pulizija qed tfittex raġel ta’ nazzjonalità barranija li allegatament seraq mowbajl minn ħanut fil-Mosta il-Ħamis.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li s-serqa seħħet ilbieraħ fi Triq il-Kungress Ewkaristiku għall-ħabta tan-12.30pm. Sid il-ħanut tella’ l-filmat tal-kameras tas-sigurtà fuq il-midja soċjali li juru l-ħalliel jidħol fil-ħanut bil-kalma, joħroġ ftit u jerġa jidħol f’salt u jisraq Iphone minn fuq il-bank.

Kull min għandu xi informazzjoni jew jagħraf lil dan ir-raġel hu mitlub jikkuntattja l-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta jew iċempel fuq 119.

Posted by Keith Borg on Thursday, August 22, 2019