Filmat: Ikkontrollat nar viċin il-Magħtab

Membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw nar li żviluppa qrib il-Magħtab ilbieraħ filgħaxija.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li n-nar ġie rrappurtat tard ilbieraħ filgħaxija qrib it-Torri ta’ Għallis. Jidher li ħa n-nar xi ħaxix.

Fuq il-post marru membri tas-CPD li tfew in-nar.

Filmat: info@newsbook.com.mt