Filmat: Ikissirlu kantun fuq rasu

Pawlu Grima. pensjonat ta’ 70 sena, magħruf bħala Mr. Cool, jidher li se jkun qed jiġbed ħafna attenzjoni fuqu fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent.

Sena ilu waqa’ sular u nofs u weġġa’ serjament. Madanakollu ma jaqtax qalbu biex ikompli għaddej.

Fil-wirja tal-lum hu kellu persuna miegħu beix ikissirlu kantun fuq rasu u wara l-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija x’aktarx se narawh jiġbed karozza b’widnejh, jew b’xagħru jiġbed karozzi b’erba minn nies jew inkella bi snienu jiġbed karozza b’sitt minn nies. Wirja li żgur se tkun qed toħloq aspettativa mhux ħażin!