Filmat: Ikantaw “mewt għall-Amerika” waqt il-funeral tal-kmandant

Read in English.

Folla kbira ħadet sehem fil-purċissjoni tal-funeral li seħħ illum fil-kapitali tal-Iraq f’Baghdad tal-kmandant militari Qasem Soleimani li nqatel mill-Amerikani jumejn ilu.

Soleimani kien deskritt bħala l-arkitett tal-ħidma tal-Iranjana fil-Lvant Nofsani u l-Iran wiegħed li se jagħmel vendetta mil-qtil.

Il-ġisem tiegħu mistenni jittieħed lura lejn l-Iran għad-difna fir-raħal fejn trabba.

Il-follol bdew jinġabru minn kmieni filgħodu huma u jxejjru l-bnadar tal-Iraq filwaqt li jkantaw “mewt għall-Amerika”.