Filmati: Rabja kbira lejn il-PM

Read in English.

Rabja kbira minn fost il-folla li nġabret quddiem il-Parlament illejla, hekk kif mill-bini tal-Parlament ħareġ il-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien ma’ għadd ta’ Membri Parlamentari minn naħa tal-Gvern. Dawn ħarġu waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien għadu qed jagħmel id-diskors tiegħu.

LIVE minn quddiem il-Parlament

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, November 26, 2019

Waqt is-seduta Parlamentari f’ħinijiet minnhom kien hemm mumenti ta’ kaos bejn id-deputati tal-Oppożizzjoni u tal-Gvern, il-folla li nġabret quddiem il-Parlament bdiet tkanta l-Innu Malti. Wara għalenija jgħajtu “Malta, Malta!”.

Barra minn hekk qed tiddomina l-għajta tal-folla “korrotti, ja ħallelin”

Id-demostranti fil-Belt Valletta qed jitfgħu bajd, karrotti, u “flus lejn il-karozzi”.