Filmat: Ikantaw l-Innu Franċiż fil-Parlament

Il-membri parlamentari Franċiżi għamlu minuta silenzju qabel ma’ kantaw l-Innu Franċiż – La Marseillaise fil-Parlament.
Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls qal li Franza tinsab fi ġlieda mal-estremiżmu u mat-terroriżmu, iżda mhux mal-Musulmani.
Hu kien qed jitkellem wara ċ-ċerimonjia tal-funeral għal seba’ persuni li tilfu ħajjithom fl-attakki tal-ġimgħa li għaddiet.
Il-Prim Ministru Manuel Valls qal li d-dimostrazzjonijiet li kienu segwiti minn miljuni fi Franza kienu ta’ risponsa għall-vjiolenza.
Il-Prim Ministru Franċiż qal li Franza trid tirrispondi għal din is-sitwazzjoni b’miżuri eċċezzjonali iżda b’miżuri li ma jmorrux kontra l-prinċipji u l-valuri.
Franza impjegat 10,000 suldat f’diversi siti fosthom l-ajruporti wara l-attakki fuq ir-rivista satirika Charlie Hebdo u s-supermarket f’Pariġi.