Filmat: Ikantaw għanjiet tal-Milied fl-isptar ta’ Għawdex

Tfal mill-komunità tal-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Għajnsielem inġabru biex iferrħu lin-nies fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Milied.

Jennifer Cauchi li mexxiet il-grupp qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-Kor Sant’Antnin ta’ Padova kanta għanjiet tal-Milied fl-isptar. Wara, il-grupp ġdid taż-żgħażagħ bl-isem ta’ ‘Grupp Tlettax’ marru jżuru lir-residenti tad-dar Sant’Anna fl-isptar. L-attività saret fl-24 ta’ Diċembru.

Minn fejn ġiet l-idea?

Cauchi spjegat li qabel il-Quddiesa ta’ Nofsillejl, iż-żgħażagħ kienu se jtellgħu reċta dwar grupp ta’ żgħażagħ li sabu t-tifsira l-vera tal-Milied. Waqt il-provi, il-grupp iddeċieda li verament jagħmel xi ħaġa konkreta għall-Milied. Huma ddeċidew li jżuru lin-nies li ma setgħux joħorġu biex jiċċelebraw jew li kienu waħedhom.

Filmat: Jennifer Cauchi