Filmat: Iħebb għalih wara argument f’Ħal Qormi

Żewġ gruppi ta’ persuni lbieraħ spiċċaw f’argument għax grupp minnhom waqaf bil-karozza f’nofs ta’ triq bil-konsegwenza li l-grupp l-ieħor ma setgħax jgħaddi. Il-każ seħħ viċin showroom tal-karozzi f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija kkonfermaw li rċivew rapport dwar dan il-każ u li qed jinvestigawh iżda f’dan l-istadju ma kinux disponibbli għal aktar mistoqsijiet.

Filmat li deher jiċċirkola onlajn jidhru persuni ta’ nazzjonalità barranija jippruvaw jikkonvinċu lil persuni oħra Maltin li waqfu bil-karozza f’nofs ta’ triq u ma ħallewhomx jgħaddu.

Fil-filmat jidhru qed jitgħajjru ma’ xulxin u saħansitra rġiel Maltin ħebbew għal diversi drabi mal-irġiel l-oħra ta’ karnaġjon skur.

Mill-filmat jidher li l-irġiel barranin kienu esposti għal abbuż kemm fiżiku kif ukoll verbali hekk kif għal diversi drabi l-irġiel Maltin tkellmu b’mod dispreġjattiv lejn il-barranin.