Filmat: Iħaqqaqha mas-Surġent Axisa

Wara waqfa ta’ ġimagħtejn illejla fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net tasal lura s-sensiela Fattigi bit-13-il episodju tat-tieni staġun.

Illum naraw lil Mandy nkwetata ħafna għal oħtha Martina. Issib faraġ għand Sister Agatha, filwaqt li missierha Laurence jagħmel frattarija fl-għassa mas-Surġent Axisa.

Catherine u Francis joħorgu fil-ġnien lil John, it-tifel ta’ Kiki, biex jilgħab ftit. Hemm jiltaqgħu ma’ Laurence. X’se tkun ir-reazzjoni ta’ Laurence u Catherine?

Maurizio jkollu żjara minn missieru Oliver.

X’se jiġri? Se jtihomlu d-dokumenti?

Segwi hawn aktar xeni mill-puntata tal-lejla.

U hawnhekk issib dak li ġara fl-aħħar puntata li rajtu ġimagħtejn ilu.

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media fuq kitba ta’ Bryan Muscat.