Filmat: ​Iġennu sptar u jferrħu lit-tfal!

Jissejjħu “Clown Doctors” u xogħolhom huwa li jġibu tbissima fuq wiċċ it-tfal li jkunu f’xi sptar. Bħala parti mill-kampanja ta’ għarfien dwar ix-xogħol prezzjuż li jagħmlu, il-Clown Doctors tal-Isptar Mater Dei għadhom kemm nedew vidjow mużikali biex ikomplu jferrħu lit-tfal morda.
Biex jagħmlu dan, għażlu diska addattata ferm fejn qabdu jkantaw u jiżfnu fuq in-noti tal-kanzunetta “Happy” ta’ Pharell Williams.
Kif jidher fil-filmat, dawk li ħadu sehem f’dan il-vidjow jinkludu lill-kantanti żgħar Federica u Gaia, kif ukoll personaġġi oħra bħal Gianluca Bezzina, Ron, Salvu kif ukoll il-membri parlamentari Carmelo Abela u David Agius.