Filmat: Iffirmat ftehim bejn l-MCAST u l-Fondazzjoni Marigold

L-MCAST u l-Fondazzjoni Marigold iffirmaw ftehim dwar ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpaniji (CSR).

Michelle Muscat, il-President tal-Fondazzjoni, żaret il-kampus tal-MCAST ta’ Raħal Ġdid, fejn daret lil diversi dipartimenti fil-kulleġġ, fosthom tal-inġinerija, tal-arti u tad-disinjar tal-ħwejjeġ. L-istudenti u l-lekċerers spjegawlha x-xogħol tagħhom u l-importanza tiegħu fuq bażi lokali u internazzjonali.

Bħalissa fl-MCAST għaddejjin diversi attivitajiet bħala parti minn programm biex jiġbdu l-istudenti lejn il-kulleġġ.

Filmat: Miguela Xuereb