Filmat: Iffirmajt biex tittieħed azzjoni kontra min ma jikkoperax ma’ Delia – Portelli

Pierre Portelli, li riċentament irriżenja minn Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista kkonferma li hu jemmen li għandha tittieħed azzjoni kontra dawk id-deputati li qed jaħdmu kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti quddiem id-Dar Ċentrali fejn beda jiltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, Portelli qal “iffirmajt il-petizzjoni biex jiġri hekk”.

Aqra: Mal-5,000 persuna jiffirmaw petizzjoni b’appoġġ għal Delia

Aqra: Delia mistenni jressaq proposta fil-Kumitat Eżekuttiv

Madanakollu, meta ġie mistoqsi dwar x’azzjoni għandha tittieħed, Portelli rrimarka li hemm l-istrutturi tal-partit u li jekk il-petizzjoni tiġi approvata, imbagħad jiġi deċiż x’passi jittieħdu. Madanakollu ma weġibx dwar min huma dawn id-deputati.

Portelli kien irriżenja ftit wara laqgħa taħraq tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN fit-18 ta’ Ġunju li għadda.  Fuq Facebook, Portelli sostna li huwa kien ta l-ittra tar-riżenja l-ġimgħa ta’ qabel iżda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista talbu jerġa’ jikkunsidraha.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu Portelli kien qal i se jkun qed imur lura fis-settur privat, iżda li se jkompli jappoġġja l-Partit Nazzjonalista minn barra.

Aqra: Jirriżenja Pierre Portelli