Filmat: “Ieqfu użawna” – Studenti universitarji

Il-Kunsill Studenti Universitarji rċieva 300 ilment ieħor dwar ir-riżultati li għadhom ma waslux għand l-istudenti.
Il-KSU preparat filmat li fih inġabru l-problemi li qed jaffaċjaw l-istudenti universitarji.
Ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet, il-KSU qal li rċieva 50 telefonata u aktar minn 200 imejl b’ilmenti mill-istudenti li qed jaffaċċjaw problemi, wara li waqfu n-negozjati bejn l-unjins u l-Gvern, għar-reviżjoni tal-pagi.
Skont il-KSU, minn kampjun ta’ 400 student, jirriżulta li 80% tal-istudenti qed ikunu affettwati.
Il-KSU temmen li għalkemm tifhem il-pożizzjoni tal-unjins li jridu jaqbżu għad-drittijiet tal-lekċerers, tisħaq li f’dawn in-negozjati ħadd mhu qed jaqbeż għall-istudenti.
Uħud mill-istudenti affettwati jinsabu fuq ix-xwiek għax ma jafux hux se jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom, filwaqt li hemm il-possibbiltà li l-applikazzjonijiet tal-Erasmus+ jilħqu jagħlqu. 
Filmat: KSU