Filmat ieħor ta’ x’ġara lbieraħ taħt il-mini

F'filmat li tellgħet il-paġna tal-Facebook Waqfet Tal-Linja – Welcome to the Jungle of Malta jidhru xi sewwieqa li lbieraħ skiddjaw taħt il-mina ta' Santa Venera.
Jidher li dawn is-sewwieqa setgħu jgħodduha b'waħda għax kien hemm it-traffiku u kienu għaddejjin bilmod.
Mhux l-istess jista' jingħad għall-pulzija tat-traffiku li f'Mejju tkaxkar fl-istess post, ftit qabel daħal fil-mina.
Filmat: Waqfet Tal-Linja – Welcome to the Jungle of Malta