Filmat: Idoqq ‘Imagine’ ta’ John Lennon f’Bataclan ftit wara l-attakk

Raġel mhux magħruf ilbieraħ mar idoqq fuq il-pjanu d-diska tant famuża ‘Imagine’ ta’ John Lennon bħala forma ta’ tribut għall-vittmi kollha tal-attakki terroristiċi f’Pariġi.
Hu kien qed idoqq ħdejn it-teatru Bataclan fejn b’kollox inqatlu 112-il persuna, ftit tal-ħin wara li seħħ l-attakk.