Filmat: “Iddeċidejna li nagħmlu din il-kanzunetta għax għandha tifsira” – Glenn u Celine

Id-duo CEL&Sacco li huwa ffurmat mill-kantanta Celine Agius u l-mużiċist Glenn Sacco fil-jiem li għaddew ħarġu cover version tal-kanzunetta Unknown to You li nħarġet minn Jacob Banks. Din hi kanzuentta li nstemgħet ukoll f’sensiliet bħal Suits u Power.

Sacco qal lil newsbook.com.mt li “ddeċidejna li nirrekordjaw din il-kanzunetta partikolari peress li għandha pjuttost tifsira. In-nies jgħaddu minn żminijiet approssimattivi, jiġu abbużati mentalment u l-bqija. Meta rrekrodjajna din il-verżjoni għamilna wkoll biċċa bil-kitarra bħala solista biex b’hekk tajniha laqta unika.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Sacco qal li jħossu onorat li jaħdem ma’ Celine, artista tal-għaġeb b’vuċi b’saħħitha. Iddeskrivieha bħala persuna umli kif ukoll bħala waħda mill-ikbar ħbieb tiegħu.

Dawn it-tnejn issa qed jaħdmu fuq materjal oriġinali li se jkunu qed joħorġu aktar tard din is-sena.