Filmat: Id-dniefel jintlemħu viċin l-art

Fl-aħħar sigħat, għadd ta’ persuni lemħu d-dniefel viċin daħliet jew portijiet f’Malta.

Diversi filmati li waslu għand Newsbook.com.mt jixhdu dan hekk kif f’wieħed minnhom, id-dniefel jidhru fil-Port ta’ Marsamxett viċin Manoel Island. F’filmat ieħor jidher denfil viċin tas-Sliema.

Ix-xena tad-dniefel fil-Port ta’ Marsamxett mhix ġdida għal daż-żmien tas-sena. Sentejn ilu, Newsbook.com.mt kien irrapporta kif grupp ta’ li ienu qed jistadu fil-Port lenħu xi dniefel li għaddew viċin id-dgħajsa tagħhom.

Dwar dan il-fenomenu, Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tad-Direttur tal-Istitut Internazzjonali tal-Oċeani f’Malta l-Professur Alan Deidun. Il-Professur Deidun spjega li huwa diffiċli li wieħed jidentifika x’wassal għal dan il-fenomenu. Huwa qal li d-dniefel huma speċi li tħuf ħafna minn post għall-ieħor skont minn fejn isibu sors ta’ ikel.