Filmat: Id-dinja tal-Ispettur Bonnici tibda titmermer

It-tieni episodju mis-sensiela L-Ispettur se tkun qed tixxandar illum fid-8.50pm fuq TVM. Se naraw kif waqt jinqala’ l-għawġ waqt ikla tal-familja. Imma dan mhu xejn ħdejn l-aħbar li l-ispettur jirċievi mingħand persuna li kien jaf ħafna snin ilu. 

Id-dinja tal-Ispettur Bonnici tibda titmermer. Fil-qadi ta’ dmiru, l-Ispettur jsibha tqila biex jimxi skont ir-regoli tal-korp.

Minn dan l-episodju tibda s-saga tal-kuntistabbli Preca u Martu Lejla, (Lawrence Buontempo u Sarah Camilleri), żewġ karattri li se jikkawżaw taqlib kbir f’ħajjet l-Ispettur Bonnici, il-familja tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru.

Kemm Lawrence u Sara ħadmu l-istess partijiet fil-verżjoni teatrali tat-trilogija tal-Ispettur Bonnici fit-Teatru Manoel.

Fis-sensiela ż-żewġ karattri ġew żviluppati ferm aktar, b’ħafna xeni ġodda u ħafna aktar tagħrif dwarhom.

L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.