Filmat: Iċedi l-blat fix-Xatt l-Aħmar; parti mill-bajja tingħalaq

Read in English.

Parti mill-bajja tax-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem ingħalqet wara li ċeda xi blat kbir.

Fuq Facebook is-Sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi qal li l-blat ċeda wara l-maltempata li għamlet fil-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem. Il-blat ċeda f’post fejn hemm taraġ li jintuża’ għall-aċċess għal parti mill-bajja.

“Sakemm nevalwaw is-sitwazzjoni nappellaw sabiex hadd ma jmur lejn dawn l-inhawi sabiex nevitaw kull periklu. Grazzi lil Larry Buttigieg u Frankie Saliba li immedjatament nizlu jalqu z-zona,” kiteb Cauchi.

Il-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin fil-jumejn li għaddew kien wieħed qalil u li kkawża ħsarat, li affettwaw b’mod speċjali lill-Għawdxin. Fost l-oħrajn kien hemm ħsarat fil-provvista tal-ilma, sfrondat triq fin-Nadur u kien hemm sospensjoni temporanja tas-servizz tal-Gozo Channel.

Ħsarat fil-provvista tal-ilma għal Għawdex – WSC

⚠️Wara l-maltempata, parti mill-blat fix-Xatt l-Ahmar fil-parti ta’ fejn hemm it-tarag tal-inglizi ceda. Sakemm nevalwaw…

Posted by Kevin Cauchi on Wednesday, November 13, 2019

Fadallu magħna l-maltemp?