Filmat: Iċedi escalator f’Ruma; 20 feruti

Mill-inqas 20 persuna weġġgħu f’Ruma meta ċeda escalator fi stazzjon tal-metro skont rapport fil-midja Taljana.

Skont ir-rapporti, l-akbar għadd ta’ nies li weġġgħu kienu partitarji tat-tim tal-futbol Russu CSKA Moscow. Filmat fuq il-midja soċjali li ma setax jiġi vverifikat minn Newsbook.com.mt juri x-xena tal-inċident fejn in-nies bdew jitgħaffġu fuq xulxin.

Uffiċċjali tal-Emerġenza jinsabu fuq il-post.

Filmat: Daniele Cinà