Filmat: “Iċ-childcare centres huma aktar diffiċli biex tikkontrolla” – il-Prof. Gauci

“Jekk jibqa’ kollox kif inhu, jiftħu ċ-childcare centres u SkolaSajf”

Read in English.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li ċ-childcare centres huma aktar diffiċli biex tikkontrolla, iżda qalet li dawn mistennija li jerġgħu jiftħu hekk kif l-awtoritajiet ħejjew pjan strateġiku b’risk assessment li sar b’mod xjentifiku. Fissret dan billi qalet li dawn il-postijiet huma aktar diffiċli minn postijiet oħra minħabba t-tfal żgħar li diffiċli tikkontrolla.

Hija qalet dan fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tnejn meta mistoqsija mill-ġurnalisti dwar l-aħbar li ta l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ dwar il-ftuħ taċ-childcare centres u SkolaSajf.

Il-Professur Gauci għamlet enfasi li “jekk jibqa’ kollox kif inhu” dawn iċ-ċentri jistgħu jerġgħu jilqgħu lit-tfal billi jsegwu l-miżuri ta’ mitigazzjoni. Hija spjegat li l-pjan huwa bbażat fuq il-prinipji tal-iġene, edukazzjoni dwar il-virus u kemm jista’ jkun ma jkunx hemm kuntatti għal ħin twil jew fi gruppi kbar.

Dwar ir-rilaxx tal-miżuri hija qalet li dan diġà sar f’żewġ okkażjonijiet permezz tal-mezzi ta’ mitigazzjoni li saru b’konsultazzjoni mal-entitajiet biex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm trasmissjoni.

Il-Professur Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar il-ftuħ mill-ġdid taċ-childcare centres. Fissret li l-Ministeru għall-Edukazzjoni huwa responsabbli miċ-childcare centres bħala liċenzjar, infurzar u anke l-istandards biex ikun hemm pjan dwar it-tnaqqis tar-riskju.

Fil-konferenza tal-lum ingħataw id-dettalji tal-11-il każ pożittiv li rriżultaw tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn