Filmat: Ibiddlu kollox f’temp ta’ sagħtejn

Matthew Vassallo, Amy Mizzi u Sadie jmissihom jidhru quddiem il-ġurija.

Diġà ħadmu fi grupp ta’ tlieta iżda Sadie sfortunatament qamet ma tiflaħx u għalhekk f’temp ta’ sagħtejn Matthew u Amy kellhom ibiddlu l-andament tal-wirja għal quddiem il-ġurija tal-programm X Factor.

Lovely ta’ Billie Eilish hija l-kanzunetta li huma pparteċipaw biha f’din il-fażi tal-bootcamp.

Matthew jgħaddi għall-fażi li jmiss iżda l-wirja ta’ Amy toħloq diskussjoni. Hija jkollha tistenna sakemm l-erba’ membri tal-ġurija ta’ X Factor jieħdu deċiżjoni finali.