ĊAJTA: Ibda stenna l-Yellow Pages jasallek fuq il-bejt!

Għal snin sħaħ il-Maltin u l-Għawdxin irċivew il-ktieb tal-Yellow Pages fuq l-għatba tal-bieb, iżda issa se jibdew jirċivuh fuq il-bejt jew permezz ta’ drone!
Il-kumpanija Yellow Pages ħabbret li se tibda tuża drone biex twassal id-direttorji l-ġodda sal-bieb tal-Maltin mingħajr ebda periklu u b’mod li jdum inqas minn 30 minuta sakemm jasal mill-uffiċju ta’ Yellow Pages sad-dar tiegħek.
Qalet li dan il-kunċett qed jissejjaħ ‘Yellow Air’. Din hi sistema awtomatika li għandha l-għan tnaqqas it-traffiku fit-toroq ta’ Malta filwaqt li tuża l-iktar teknoloġija riċenti tal-GPS biex tqassam il-Yellow Pages sal-għatba tiegħek.
Il-kumpanija qalet li l-ambjent hu priorità għaliha, u għalhekk id-direttorju se jiġi mqassam f’kaxxa addattata li tiflaħ għall-elementi, fejn tista’ wkoll tirriċikla d-direttorju l-antik u jtir lura għall-uffiċju ta’ Yellow Pages.
Biex tkun tista’ tuża s-servizz tal-Yellow Air, kulma trid tagħmel hu tniżżel il-Yellow App billi tagħfas hawn.