Filmat: Ħsara f’kanna tal-ilma f’Pembroke; affettwata l-provvista

Waqt li qed isiru xogħlijiet fit-triq qrib Pendergardens jidher li ntlaqtet kanna tal-ilma li wasslet sabiex l-ilma jibda ħiereġ b’saħħa għal fuq it-triq. Dan se jwassal biex tkun affettwata l-provvista tal-ilma.

Kelliem għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt u spjega li l-Korporazzjoni tinsab infurmata bil-każ. Qal li bħalissa fit-triq partikolari hemm xogħol għaddej. Qal li kawża ta’ dan ix-xogħol intlaqat main tal-ilma.

Hu spjega li wara t-8.30pm se tingħalaż żona minn Paceville biex ikun jista’ jsir aktar xogħol ta’ manutenzjoni, apparti minn dak li hemm għaddej bħalissa.

Spjega wkoll li l-provvista tal-ilma f’parti minn Triq San Ġorġ se tkun affettwata kawża ta’ dawn il-ħsarat.

Newsbook

Filmat: Newsbook