Filmat: Hooli jniedi vidjow mużikali ġdid

Hooli għamel ir-ritorn tiegħu fix-xena mużikali permezz ta’ silta mużikali ġdida akkumpanjata b’vidjow mużikali bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment, l-istess produtturi tas-sensiela popolari televiżiva Division 7.

Il-vidjow għandu direzzjoni ta’ Jason Zerafa.

Is-silta ta’ Hooli ġġib l-isem ta’ Dak iż-Żmien, u hija kitba tiegħu stess u bħala produzzjoni din is-silta għandha produzzjoni ta’ Matteo Depares għal WickedandLoud.

Din hi silta partikolari li l-kantant qed jiddedika lil Hugo Chetcuti u matul din il-kanzunetta jitratta b’mod ġenerali lejn il-ħajja tal-bniedem fid-diversi stadji tal-ħajja li jwasslu għax-xjuħija.