Filmat: Ħmara li tkanta b’vuċi ta’ sopran

Il-ħmir jistgħu jkunu bhejjem tat-tagħbija għall-bniedem u huma meqjusin hekk għal eluf ta’ snin. Iżda huma  wkoll kreaturi ġentili u ħelwin u għandhom qlub tad-deheb. Ejjew niltaqgħu ma’ Harriet, ħmara fl-Irlanda li tħobb  tkanta s-serenati għàl min ikun ħdejha.

Ftit aktar minn sena ilu Martin Stanton ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Harriet meta kien qed jippassiġġa fil-kampanja ħdejn id-dar tiegħu fl-Irlanda. Stanton intlaqat mill-ewwel meta raha u ddeċieda li jintroduċi lilu nnifsu magħha u jkellimha. U saru ħbieb mill-ewwel.

Minn dik l-ewwel laqgħa, Martin żar lil Harriet ta’ spiss matul is-sena u kull darba li ltaqa’ magħha dejjem ħadilha xi ħaġa x’tiekol. Iltaqa wkoll mas-sidien ta’ Harriet li ddeskrivihom bħala nies tassew sbieħ.

Harriet tħobb il-karrotti, il-ħobż u ħelu ieħor li Martin joħdilha. Allura, għamlet xi ħaġa tal-għaġeb — kantat għalih stil operistiku bħallikieku biex tgħidlu grazzi għal dak li jagħmel magħha. U mhux miegħu biss għax kulmin jersaq lejha u juriha b’xi ġest li qed iħobbha Harriet tispiċċa tkanta qisha xi sopran.