Filmat: Ħmar mitluf iħuf il-Marsa

Ħmar mitluf dalgħodu kien qed iħuf fil-Marsa.

Mara xerrdet il-filmat fi grupp fuq Facebook, u qalet li l-ħmar kien qed idur fi Triq Garibaldi, b’ċinga ħamra m’għonqu. Żiedet tgħid li qed jinżamm fl-iscrapyard tal-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-Pulizija ma daħlulha l-ebda rapporti fuq dan il-każ. Jidher, iżda, li l-każ ġie rappurtat lit-Taqsima tal-Ħarsien tal-Annimali li marru fuq il-post biex isibu lill-ħmar dalgħodu.

Filmat: Rubs Puppy Love / Facebook