Filmat: Ħin u ġranet ġodda għal Family Affair

Family Affair jirritorna mis-Sibt 3 t'Ottubru :)

Posted by Family Affair on Friday, September 18, 2020

Għall-iskeda tal-ħarifa tal-istazzjon Net se jkun qed jirritorna l-programm popolari Family Affair bi preżentazzjoni ta’ Eileen Montesin, Mark Haber, Christine Haber u ż-żgħira Nina.

B’differenza minn kif kien jixxandar fl-ewwel skeda tiegħu, Family Affair mhux se jibqa’ jixxandar kuljum iżda fi tmiem il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd fl-4.30pm, mis-Sibt 3 ta’ Ottubru.

Minkejja li se jkun fuq jumejn biss, il-programm mhux se jkun nieqes mill-irkejjen popolari bħal mużika, sports, id-djarju u l-Eurovision.

Dan flimkien mat-tifkiriet mużikali flimkien mal-grupp X-Tend.