Filmat: Ħidma ta’ salvataġġ fil-baħar fid-Dwejra

Fid-Dwejra saret ħidma ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fil-baħar.

Minn informazzjoni li ġabar Newsbook.com.mt mill-post, żewġ bugħaddasa ttellgħu fuq il-bastiment tal-AFM. Jidher li dawn kienu parti minn grupp ta’ disa’ bugħaddasa. Is-seba’ l-oħra telgħu fuq l-art.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport dwar l-inċident daħal għall-11.30 am. Qalet li ħadd ma weġġa’.

Ritratti u filmati: Beppe Galea