Filmat: Herrera jitkellem dwar l-isfida l-kbira li jmiss

L-irdim ta’ art huwa bżonn meta t-territorju ma għandekx, hekk saħaq ma’ Newsbook.com.mt il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera. Huwa semma’ tliet fatturi hekk kif saħaq li l-irdim ta’ art li skontu huwa l-isfida kbira li jmiss.

Skont Herrera, meta pajjiż għandu territorju vast u kbir wieħed ma għandux bżonn jordom l-art għax dan il-proċess jiswa ħafna flus. Kompla jispjega li wieħed għandu bżonn is-sors u sostna li Malta għandha s-sors u se jkollha iżjed għax hemm investiment dirett semma wkoll l-proġetti infrastrutturali l-kbar u l-materjal li se jkun jista’ jintuża.

Herrera kien mistoqsi dwar jekk il-proġetti l-kbar bħal mina u l-proġett ta’ db Group f’Pembroke hux se jagħmlu l-irdim tal-art iktar vjabbli.

Il-Ministru sostna li l-ispazju huwa wkoll limitat fejn jista’ jintremma l-iskart tal-kostruzzjoni. Herrera kkonkluda li dan l-iskart għandu jintuża bħala riżorsa biex jikber it-territorju. Huwa qal li hija ħaġa tajba li l-Ministeru tal-Ambjent se jkun qed jindika fejn dan għandu jsir.

Meta mistoqsi dwar l-iskart tal-kostruzzjoni, Herrera qal li l-Gvern diġà ħa inzjattiva waħda rigward l-iskart tal-kostruzzjoni fejn persentaġġ mill-materjal fil-public tenders għandu jkun materjal riċiklat. Herrera saħaq li 60-70% tas-suq huwa tal-Gvern u huwa sostna li l-idea hi li jkun hemm iktar investiment biex nirreċiklaw.

“Il-White Flag: gimmick ta’ frodist Kroat” – PN

Il-Kelliem għall-Ambjent tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi iddeskriva l-iskema tal-White Flag bħala “gimmick maħduma minn individwi li jinkludu frodist Kroat” sabiex idaħħlu eluf ta’ ewro mit-taxxi tal-poplu Malti.

B’referenza għall-iskema tal-White Flag li tirreferi għall-bajjiet li jkunu ħielsa mill-plastik, Jason Azzopardi ressaq sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera.

Fost l-oħrajn, Azzopardi staqsa dwar xi due dilligence saret dwar il-Kroat li huwa l-moħħ wara din l-iskema, kemm intnefqu flejjes mit-taxxi tal-Maltin, u jekk hux minnu li għamel laqgħat biex jikseb sponsorships minn kumpaniji tal-Igaming li joperaw minn Malta.