Filmat: Hemm min se jivvota għal kandidati favur Hitler – Cassola

Il-kandidat indipendenti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Arnold Cassola qal li hemm min se jkun qed jivvota għal kandidati li jgħidu li d-dittatur tal-Ġermanja fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija Adolf Hitler kien xi ħadd “bravu”.

Waqt sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-Elezzjonijiet tal-PE, Cassola qal li għalkemm l-UE toffri ħafna benefiċċji bħal ma huma l-fondi, xi kultant hemm wisq burokrazija.

Għal Cassola l-Ewropa ma tfissirx biss flus u qal li tagħti aktar vuċi lis-soċetà ċivili. Qal li jekk jiġi elett jaħdem biex ikun hemm sussidji għal kumpaniji tat-trasport.

Cassola fakkar li 15-il sena ilu kien parti mill-moviment li kien favur is-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Tista’ taqra aktar dwar il-kampanja elettorali minn hawn.