Filmat: Hemm daqshekk tbatija għal min jagħmel ħafna ġid?

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Jethro Bajada u l-attur Clayton Pace.

Il-qari tal-ġurnata

Is-sultan qal lit-tfajla: “Itlobni kulma trid, u jien nagħtik kulma titlobni.” U qalilha u ħalfilha: “Titlobni x’titlobni, kollox nagħtik, imqar nofs is-saltna tiegħi.” Dik ħarġet u marret tistaqsi lil ommha: “Tgħid, x’nitolbu?” “Ras Ġwanni l-Battista,” weġbitha dik. Malajr reġgħet daħlet tgħaġġel quddiem is-sultan, talbitu u qaltlu: “Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.” Tnikket għall-aħħar is-sultan, iżda minħabba l-ġurament u l-mistednin ma riedx jerġa’ lura mill-kelma li taha. Malajr is-sultan bagħat suldat minn ta’ madwaru u ordnalu li jġiblu rasu.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.