Filmat: Ħelikopter jinżel fil-baxx f’Marsalforn

Ħafna ħasbu li dalgħodu f’Marsalforn seħħ xi inċident ieħor hekk kif ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta deher idur fil-baxx mal-kosta Għawdxija.
Iżda dan ma kien xejn għajr sessjoni ta’ taħriġ li l-Forzi Armati ta’ Malta qed jagħmlu bil-ħelikopter il-ġdid li l-Armata għadha kemm xtrat permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.
Il-ħelikopter huwa tat-tip Agusta Westland AW139 u se jkun qed jintuża għall-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta.
It-tnedija uffiċjali ta’ dan il-ħelikopter se ssir nhar l-Erbgħa li ġej.
Ritratti u filmati: Diana Carter fuq info@newsbook.com.mt