Filmat: ‘Ħassejtha iebsa li ma stajtx nara lil ommi u lit-tifel il-Ħadd’

Keith Gauci qal li qed iħossha iebsa li ma jkunx jista’ jara lill-ommu u lit-tifel nhar ta’ Ħadd minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Gauci huwa wieħed mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed jgħixu fil-komunità bħala parti mill-proġett tal-Fondazzjoni RISe. Qal li huma wkoll qed iħossu l-effetti tal-COVID-19. Kellhom jibdew joħorġu għax-xogħol imma dan il-pjan sfaxxa mix-xejn minħabba l-pandemija. Iż-żjara li tant kien qed ikun qed jistenna bil-ħerqa nhar ta’ Ħadd ukoll inqatgħu għal-raġunijiet ta’ saħħa.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Intern qal li l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri żar lir-residenti dalgħodu għal kelmtejn ta’ kuraġġ.

“Nifhem li bħal kulħadd intom ukoll kellkom iġġorru piż f’dan il-mument li qed tippruvaw xi ħaġa ġdida. M’għandkomx taqtgħu qalbkom. La wasaltu sa hawn ibqgħu ffukati biex tibdew paġna ġdida,” kien il-messaġġ tal-Ministru Byron Camilleri li apprezza l-mod kif użaw dan iż-żmien biex għamlu ġugarelli u manutenzjoni fid-dar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn