Filmat: “Ħassejt qalbi se toħroġ” – Jasmine

Waqt il-programm speċjali ta’ X Factor Malta li qed jixxandar ġimgħa qabel ma jibdew il-live shows. Jasmine irrakkuntat kif għall-ewwel room audition.

“Qalbi kienet se toħroġ, Ma mmaġinajtnix li se nkun daqshekk eċċitata. Qisu qatt ma’ kantajt qabel”, irrakkuntat it-tfajla li fl-ewwel audition kienet akkumpanjata minn ommha, nannitha u ħuha, li spiċċa wkoll ikanta quddiem il-ġurija.

“Affaxxinani” qalet Justine dwar ħuha għax ħasbitu li kien se jistħi, iżda ma kienx hekk.

Jasmine rrakkontat li meta kienet fil-fażi tal-Wall of Songs Jasmine bdiet tiżloqilha saqajha mill-karkur u mill-ewwel waħda spiċċat ma tal-aħħar.

Jasmine kienet kuntenta li l-kategorija fejn qiegħda hi kienet taħt Ira għax ħasset li kienet se tifhem l-istil tagħha.

Iddeskriviet l-esperjenza tagħha waqt is-Six Chair Challenge bħala waħda tal-għaġeb hekk kif l-atmosfera hi pjuttost waħda unika meta tara dik l-udjenza quddiemek.

Għall-fażi tal-Judges Houses ħassitha kuntenta meta rat lil Louisa Johnson peress li din diġà għaddiet minn dawn il-fażijiet meta kkompetiet f’X Factor UK u setgħet tifhem aħjar lill-parteċipanti li kienu se jkunu qed jagħtu wirja quddiemha.

“Kienet waħda mill-fażijiet li ħassejt qalbi se toħroġ,” qalet Jasmine.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com