Filmat: “Ħassejt li ħloqt kanzunetta ideali għas-sajf” – Emma Muscat

Read in English.

Għal dawn ix-xhur tas-sajf Emma Muscat ħarġet il-kanzunetta Sangria flimkien mal-kantant Astol. Il-kanzunetta bi stil Latin-Amerikan hi dwar storja ta’ mħabba fix-xhur tas-sajf b’vidjow li fl-isfond tiegħu għandu l-baħar Mediterran b’xeni maħduma fil-Blue Lagoon, Forti Sant’ Anġlu, il-Port il-Kbir u l-Belt Valletta. Il-partijiet fejn jidher Astol inħadmu f’Ruma.

Dwar kif bdiet il-kollaborazzjoni ma’ Astol, Emma qalet li hija saret tafu s-sena l-oħra u anke ħadu sehem f’avveniment fl-Italja s-sena l-oħra.

“Mill-ewwel ingwalajna flimkien u ddiskutejna l-possibilità li naħdmu fuq kanzunetta flimkien,” qalet Emma.

“Ftit tax-xhur ilu ħassejt li ħloqt il-kanzunetta dieali għas-sajf. Ikkuntattjajtu immedjatament bagħtlu d-demo. Mill-ewwel għoġbitu u fl-istess ġurnata huwa rrekordja l-partijiet tiegħu u bagħthomli,” spjegat Emma.

Il-vidjow mużikali ta’ Sangria huwa produzzjoni ta’ Borotalco.tv li fost id-diretturi tagħha għandha lil Colin Azzopardi li ħadem fuq numru ta’ dokumentarji u vidjows mużikali kif ukoll fuq sensiliet bħal Game of Thrones u anke films li rebħu għadd ta’ unuri kbar.