Filmat: Ħares lejn il-wiċċ fir-raġġi UV

Ir-raġġi tax-xemx iħallu effett negattiv fuq il-ġilda, iżda ma nkunux nistgħu narawh mill-ewwel b’għajnejn.
Thomas Leveritt għamel filmat li fih saqsa lill-persuni differenti dwar kif jieħdu ħsieb il-ġilda.
In-nies kellhom iċ-ċans jaraw il-ġilda tagħhom taħt dawl ultravjola.
In-nies u tfal li pparteċipaw f’dan l-esperiment rreaġixxew b’modi differenti għall-effett li ħalla d-dawl fuq l-uċuħ tagħhom.
Kien hemm min ħa qatgħa u min daħak iżda kulħadd deher xi ftit jew wisq inkwetat.
In-nies kellhom ukoll iċ-ċans li jaraw id-differenza meta jagħmlu sunblock
Permezz ta’ dan il-filmat, Leveritt qed ifakkar li l-proċess li wieħed jikber jista’ jgħaġġel drastikament.
Il-filmat juri wkoll kemm hu importanti li wieħed jieħu ħsieb jipproteġi l-ġilda tiegħu, mhux sempliċiment meta jmur il-baħar, iżda kull meta joħroġ fix-xemx.