Filmat: Happy fil-ħabs!

Grupp ta’ priġunieri fi Sqallija pproduċew filmat tagħhom jiżfnu u jkantaw mal-kanzunetta Happy ta’ Pharrel Williams, f’partijiet differenti tal-ħabs.
Happy dentro, li sar bil-permess tal-uffiċjali tal-ħabs f’Enna, u appoġġjat mill-Gvern, jipparteċipaw ukoll gwardjani u xi impjegati oħra.
Il-messaġġ wara dan il-filmat huwa li anke mill-ħabs, huwa possibbli li l-priġunieri jkunu parti mill-moviment globali għall-kuntentizza li nħoloq permezz ta’ din il-kanzunetta.
Il-filmat jibda b’wieħed mill-priġunieri jgħid: “Illum hawn id-dawl tax-xemx, ejja nieqfu ftit.”