Filmat: Ħama fil-bajja ta’ San Ġorġ… minn sit ta’ kostruzzjoni

Matul il-ġurnata dehret massa qawwija ta’ ħama fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Filmat li deher fil-mezzi soċjali fl-aħħar sigħat juri t-tniġġis li hemm fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Jidher li l-ħama ħierġa min-naħa fejn hemm il-kumpless tal-iskola tal-Ingliż EF.
Kelliem għall-Ministeru għall-Ambjent qal ma' Newsbook.com.mt li malli sar ir-rapport għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għall-ħabta tal-4pm, intbagħtu l-ispetturi minnufih fuq il-post sabiex issir aktar investigazzjoni. 
Aktar tard spjega li waqt li kien qed isir xogħol f'sit ta' kostruzzjoni, daħal l-ilma li tħallat mat-trabijiet fis-sit u niġġes l-inħawi tal-madwar meta tbattal is-sit. 
Fi stqarrija ftit wara s-6pm, ingħad li l-uffiċjali tal-Awtorità kienu għadhom fuq il-post sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet mill-awtorijiet konċernati.
Filmat li ttella' fuq Facebook mill-attivista favur l-ambjent Moira Delia: