Filmat: Ħalliel jinqabad jisraq minn Paceville

Waqt li kienet qiegħda fi klabb f’Paceville, Anne* ħasset lil xi ħadd iħokk magħha. Mill-ewwel indunat li l-istess raġel kien daħħal idu fil-handbag tagħha.

Fil-pront marret tiġri warajh iżda dan irnexxilu jgħaddi minn bejn il-bouncers u l-pulizija mingħajr problemi.

F’tentattiv biex jinstab il-ħalliel u tieħu l-mobile lura, Anne* tellgħet fuq Facebook il-filmat maqbud fuq il-kameras tas-sigurtà, biex min jagħraf lill-ħalliel ikun jista' jikkuntatja lill-pulzija.

B’kollox, dan ir-raġel deher fuq tliet kameras, iżda s’issa l-pulizija ma sabu ebda informazzjoni.

Anne* qed tissuspetta li kien hemm minn tal-inqas tliet persuni oħra involuti f’din il-biċċa xogħol u li jidhru wkoll fil-filmat.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-ħalliel li jidher fil-filmat hu mħeġġeġ jikkuntattja lill-pulizja.

 

Anne* huwa isem fittizju.